Aktar kmieni matul il-jum, il-President tal-Parlament Ewropew u MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola żaret lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg fl-uffiċċju tiegħu, fid-Dar Ċentrali – l-ewwel laqgħa wara li Alex Borg ġie elett bħala l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-PN u l-President tal-Parlament Ewropew iddiskutew diversi temi; fosthom il-viżjoni u l-pjanijiet li għandu Alex Borg għall-Partit Nazzjonalista u għall-futur ta’ pajjiżna.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione.
//= $special ?>