Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li fil-każ tal-Lukanda Fortina kien hemm srqa sfaċċata ta’ €16-il miljun fuq art.
Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li r-rapport tal-NAO jispeċifika li l-art tal-Lukanda Fortina kienet stmata €21 miljun iżda l-gvern daħħal biss €8 miljuni; serqa sfaċċata ta’ €16-il miljun. Dan diġà sar fi drabi oħra għax il-Gvern Laburista baqa’ l-istess u għad fadal x’joħroġ. L-NAO qed jagħmel dmiru u kixef il-ħmieġ tal-Gvern Laburista mill-bidunett.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Gvern seraq €16-i miljun mingħand il-poplu u kompliet li dan filwaqt li kumpanija privata tal-awditjar tintalab tevalwa l-art u tikkonkludi li l-valur tal-art hu €24 miljun; tliet darbiet iktar minn dak li daħħal il-gvern.
Claudette Buttigieg kompliet li l-NAO qal li l-akbar tħassib hu li l-valutazzjoniiet kienet miżmuma miċ-Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet b’detriment għall-interess pubbliku. Il-ħlas għad-ditta tal-awitjar kien awtorizzat miċ-Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat. Għal darb’oħra din hi serqa oħra minn ħalq il-poplu Malti, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>