L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kkonkluda li d-deal li għamel il-Gvern Laburista dwar il-lukanda Fortina f’Tas-Sliema għandu jiġi investigat. Dan jirriżulta ċar minn rapport iebes, u voluminuż, li għadu kif ġie ppreżentat mill-NAO fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Dan ir-rapport juri biċ-ċar kif waqt li l-Gvern ivvaluta l-art tal-Fortina għall-prezz ta’ €8.1 miljun, l-analiżi indipendenti tal-NAO stmat l-art għall-prezz ta’ €21 miljun. Fi kliem sempliċi, serqa ta’ kważi €13-il miljun minn flus il-poplu.
Dan id-deal ilu sa mill-bidu nett mifni b’diversi kwistjonijiet serji u akkużi ta’ ndħil politiku. Bl-NAO jikkonkludi li dan il-ftehim tal-Gvern ma proteġiex l-interess nazzjonali, u hemm dubji serji fuq l-integrità tal-proċess.
Tul il-proċess kollu marbut ma’ dan id-deal, il-PN sa mill-bidu nett ivvota kontra. U baqa’ jivvota kontra.
//= $special ?>