It-Tlieta filgħodu bl-assistenza tal-Avukat Jason Azzopardi, f’isem il-Fondazione Falcone u f’isem in-Nutar Robert Aquilina ġiet ippreżentata denunzja lill-Kummissarju tal-Pulizija b’rabta mal-frodi, il-konġura kriminali u s-serqa ta’ €13,000,000 li ġew ikkonfermati matul il-jum tat-Tnejn mill-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-Fortina.
Lill-Kummissarju indikajnielu bħala suspettati ewlenin lil Keith Schembri u lill-Eks Kap Eżekuttiv tal-Lands Authority Carlo Mifsud.
Fid-denunzja, li ġie kkonfermat u kkwotat 27 paragrafu mir-rapport tal-Awditur Ġenerali li fihom joħroġ ċar l-involviment kriminali ta’ Schembri u Mifsud, elenkajna s-segwenti reati: Konġura Kriminali, il-Ħabi ta’ traċċi ta’ reat, it-Tixħim, Trading in Influence, frodi, kxif ta’ sigrieti uffiċjali, dikjarazzjonijiet foloz lil Awtorita’ Pubblika u ħasil ta’ flus.
Permezz tad-denunzja ta’ qed neżiġu formalment li jsiru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u li l-Kummissarju jitlob il-ftuħ ta’ inkjesta maġisterjali.
Se nużaw l-għodda kollha li ttina l-liġi biex il-poplu Malti jikseb ġustizzja fuq din is-serqa, biex min hu responsabbli jitressaq quddiem il-ġustizzja u sabiex il-miljuni misruqin jiġu rritornati lill-poplu.
//= $special ?>