Futbol Sport

Gowls ta’ Messias u Ciolacu jagħtu rebħa lil Valletta fuq Floriana

Ritratt: Andrew Grima

Floriana ………………… 0

Valletta ………………… 2

Floriana: G.Cioletti, E.Lopez, J.Grech, N.Varela, D.Vella, O.Spiteri, J.Coelha, C.M’Mombwa, J.Gamarra, I.Perreira, M.Linhares

Valletta: A.Aguero, S.Borg, B.Paiber, Y.Yankam, K.Brewer, N.Micallef, Y.Messias, S.Radic, T.Aldama, J.De Assis, J.Mendoza

Referee: P.Farrugia

Assistenti Referees: D.Sultana, J.Spiteri

Wara ftit inqas minn sena u nofs, l-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti reġgħet rat il-partita klassika bejn Floriana u Valletta, b’Valletta joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Bidu mill-aktar kaotiku għall-partita hekk kif wara disa’ minuti logħob tkeċċa’ għal Floriana Charles M’Mombwa wara li waqqa’ lil Jefferson de Assis, li kien se jsib ruħu wiċċ’imb’wiċċ mal-goalkeeper Cioletti.

Lejn tmiem l-ewwel taqsima ċans tad-deheb għal Valletta hekk kif il-konklużjoni ta’ Jefferson de Assis kienet mtajjra minn fuq il-linja mid-difensur Emmanuel Lopez.

Fit-tieni taqsima il-plejer aktar għamel id-differenza hekk kif huma fetħu l-iskor fid-59 minuta b’gowl ta’ Yuri Messias. Fl-94 minuta Valletta għalqu l-partita bit-tieni gowl meta minn kontrattakk veloċi kien is-sostitut Andrea Ciolacu li xeħet fix-xibka u tefa’ lill-partartji Beltin f’dillirju ta’ ferħ.