Viżibbilment skomdu, il-Ministru Ian Borg qed jipprova jfarfar kompletament mill-iskandlu tal-Fortina. Dan hekk kif Net News staqsa numru ta’ domandi dwar dan l-aħħar każ li qajjem inkwiet kbir fil-kurituri ta’ Kastilja. Bid-Deputat Prim Ministru jinsisti ma’ dan l-istazzjon li ma jafx x’għamel l-Eks Chief of Staff Keith Schembri.
Fil-Parlament, kien Ian Borg li ressaq ir-riżoluzzjoni dwar il-bejgħ tal-art tal-Fortina. Dak iż-żmien, hu kien Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. U Robert Abela, kien deputat u membru fil-Kumitat li ddiskuta dan id-deal. Bil-Prim Ministru, dak iż-żmien, kien qal li ma kienx inkwetat bil-valur tal-art.
Il-MaltaToday fl-analiżi tagħha qalet li dan kien “rigal” minn naħa tal-Gvern minn flus il-poplu. Deal li fiċ-ċentru tiegħu hemm mhux biss Keith Schembri iżda anke l-Imħallef – illum mejjet – Lino Farrugia Sacco.
Fost id-diversi reazzjonijiet fl-aħħar sigħat kien hemm dik ta’ Andrew Azzopardi, li ddeskriva dan il-każ bħala “ħmieġ tal-biża’”.
//= $special ?>