Matul il-lejl ir-Russja ħejjiet sensiela ta’ attakki fuq l-Ukrajna fosthom fuq faċilità tal-gass li kienet qed isservi l-militari Ukreni fir-reġjun ta’ Sumy.
Dan apparti li r-Russja wettqet attakk bid-drones fir-reġjun ta’ Kharkiv u li ħalla tal-anqas erba’ vittmi. Il-Gvernatur ta’ Kharkiv qal li l-attakk seħħ f’nofs il-ġurnata u li kien qrib iċ-ċentru tal-belt.
Żied jgħid ukoll li l-qawwiet tar-Russja qed jimmiraw l-attakki tagħhom lejn iċ-ċivili speċjalment meta qed ikomplu bl-attakki tagħhom fuq bini residenzjali.
Minn naħa l-oħra, l-Ukrajna attakkat raffinerrija taż-żejt fir-Russja b’rapporti qed jgħidu li kien hemm splużjoni kif ukoll nirien qawwija fiz-zona. Din mhux l-ewwel darba li l-Ukrajna wettqet attakki fuq raffineriji taż-żejt fir-Russja bħala parti mill-istrateġija tagħhom.
Intant, hekk kif il-President tal-Istati Uniti Donald Trump jinsab fuq żjara sorpriża fir-Renju Unit, il-President tal-Ukrajna Volodomyr Zelensky appella għal tmiem din il-gwerra u li l-Istati Uniti huwa b’saħħtu biżżejjed biex jagħmel dan.
//= $special ?>