Fit-tielet ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika organizzati minn World Athletics fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo, kien hemm il-Maratona tal-irġiel li saret fit-toroq ewlenin ta’ Tokyo li ntrebħet minn Alphonse Felix Simbu tat-Tanzanija li temm it-42.2 kilometri f’sagħtejn, 9 minuti u 48 sekonda.
Fit-tieni post temm Amanal Petros tal-Ġermanja filwaqt li f’2 sagħtejn, 9 minuti u 53 sekonda daħal Ilias Aouani tal-Italja.
Fil-pole vault tal-irġiel, għal darb’oħra din is-sena Armand Duplantis tal-Iżvezja kiser ir-rekord tad-dinja tiegħu stess meta qabeż 6.30 metri. Fit-tieni post b’6 metri Emmanouli Karalis tal-Greċja filwaqt li fit-tielet post temm Kurtis Marschall tal-Awstralja b’5.95 metri.
Fit-3000 metru steeplechase tal-irġiel inkisbet midalja tad-deheb għal Geordie Beamish ta’ New Zealand li rebaħ fi 8 minuti, 33.88 sekondi li kien .07 sekonda aħjar minn Soufiane el Bakkali tal-Marokk. Fit-tielet post temm Edmond Serem tal-Kenja fi 8 minuti u 34.56 sekondi.
Il-100 metru hurdles tan-nisa intrebħet minn Ditaji Kambundji tal-Iżvizzera fi 12.24 sekondi. Fit-tieni post daħlet Tobi Amusan tan-Niġerja fi 12.29 sekondi filwaqt li fit-tielet post daħlet Grace Stark tal-Istati Uniti fi 12.34 sekondi.
Fil-finali tal-Hammer Throw tan-nisa fl-ewwel post Camryn Rogers tal-Kanada bi 80.51 metri filwaqt li fit-tieni u tielet post iċ-Ċiniżi Jie Zhao u Jiale Zhang b’77.60 metri u 77.10 metri rispettivament.
//= $special ?>