Lokali

Il-Fortina qalet li għadu prematur li tikkummenta fuq ir-rapport tal-NAO

Wara l-iskandlu tal-art f’Tignè u s-serqa ta’ flus il-poplu kif konfermata mill-Awditur Ġenerali, il-kumpanija Fortina qalet li għadu prematur li tagħmel kummenti pubbliċi.

Fi stqarrija qasira, il-Fortina qalet li se tanalizza bir-reqqa r-rapport tal-NAO.

Fl-istess waqt, qed tiċħad l-akkużi li qed isiru.

Ir-rapport tal-NAO kkonferma li l-Gvern għadda din l-art pubblika f’Tas-Sliema għal prezz ħafna aktar baxx mill-valur vera tagħha, bil-moħbi ta’ kulħadd u b’nuqqas ċar ta’ governanza tajba.

Ir-rapport tal-Awditur jitkellem dwar art tal-poplu li kienet stmata mal-€21 miljun u li tagħha l-Gvern ġabar biss €8 miljun. Madankollu evalwazzjoni oħra li kienet saret minn kumpanija privata ta’ awdituri evalwat l-art għal kważi €24 miljun. Dan ifisser li meta l-Gvern daħal fi ftehim li bih ġabar biss €8 miljuni, il-poplu Malti mar minn taħt b’serqa ta’ €16-il miljun minn fondi pubbliċi.