ll-Gvern, wara l-waqfa tas-sajf, ma weġibx jekk hux qed jikkunsidra li tinbena skola primarja oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jew li ssir estensjoni tal-iskejjel eżistenti. Lanqas ma spjega kif qed tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li l-iskejjel preżenti mhumiex biżżejjed għat-tfal li joqogħdu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjon qal biss fil-Parlament li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea staqsiet lilll-Ministru Clifton Grima, li peress li jidher li l-iskejjel preżenti mhumiex biżżejjed għat-tfal li joqogħdu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar (partikolarment fejn jikkonċerna l-iskola tal-Qawra), jistax jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li tinbena skola primarja oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jew li ssir estensjoni tal-iskejjel eżistenti. Jekk dan mhux ippjanat, staqsiet lill-istess Ministru, kif inhu mistenni li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni
//= $special ?>