Lokali Qorti

Il-Kamra tal-Avukati bla informazzjoni dwar bini ġdid tal-Qorti

Il-Kamra tal-Avukati qed tinsist għal informazzjani dwar binja ġdida tal-Qorti fi Triq Federiku, fil-Belt.

F”ittra lill-Ministru Jonathan Attard u lill-Prim Imħallef, fost l-oħrajn, il-Kamra qalet li ilha tinsisti li tingħata din l-informazzjoni u llum, lejlet il ftuħ ta’ dan il-bini, l-avukati għadhom mingħajr informazzjoni esssenzjali u dwar x’se jkunu l-proċeduri li se jkunu segwiti.

Il-Kamra tal-Avukati qalet fl-ittra, li fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-modus operandi ta’ dan il-bini, tista’ tkun kostretta li tagħti direzzjoni lill-membri dwar kif għandhom jaġixxu.

Il-Kamra appellat biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata.