Sport

Il-veterani Maltin jgħaddu għat-tieni round tal-Jubilee Cup

Is-selezzjoni tal-Veterani Maltin avvanzaw għal round ieħor tal-Jubilee Cup wara li għelbu lis-selezzjoni tal-MAFA 3-1 f’logħba ferm interessanti.

Kienu l-MAFA li marru minn fuq wara biss erba’ minuti meta kien Chijioke Moses Nwankwo li rċieva tajjeb u minn tarf il-kaxxa għeleb lil Justin Spiteri bejn il-lasti tal-Veterani.

Il-Veterani Maltin ġabu l-iskor indaqs fit-12-il minuta permezz ta’ Jean Pierre Mifsud Triganza sabiex ftit qabel il-mistrieħ, Andrew Cohen skorja t-tieni gowl għal 2-1.

Fit-tieni taqsima, il-Veterani aċċertaw ir-rebħa finali fid-59 minuta permezz tal-iskorer prolifiku Jean Pierre Mifsud Triganza.