Internazzjonali

Imut l-attur u direttur tal-films Robert Redford fl-età ta’ 89 sena

Ritratt: Sky News

Tħabbret il-mewt tal-attur u direttur tal-films f’Hollywood Robert Redford li kien magħruf għal numru ta’ films fosthom Butch Cassidy and The Sundance Kid, All the President’s Men u The Sting.

Huwa miet fl-età ta’ 89 sena.

Redford kien il-fundatur tas-Sundance Film Festival li huwa propju l-akbar film festival indipendenti fl-Istati Uniti.

Robert Redford kien miżżewweġ darbtejn u kellu erbat itfal. Ibnu James miet lura fl-2020 fl-età ta’ 58 sena kawża tal-kanċer.