Lokali

Ingliż jitlef ħajtu fil-Bajja tal-Blue Lagoon, f’Kemmuna

Ingliż ta’ 43 sena tilef ħajtu waqt li kien qiegħed fil-Bajja tal-Blue Lagoon, Kemmuna.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar, hekk kif il-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza minħabba li raġel, wara li niżel minn żurżieqa ta’ katamaran fil-baħar, sab ruħu f’diffikultà.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna medika mill-membri tal-ERRC u wara ttieħed lejn il-Port tal-Imġarr, Għawdex.

Hemmhekk, kien hemm tim mediku mill-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex għal aktar assistenza, iżda sfortunament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit wara li wasal l-isptar.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Brigitte Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.