Futbol Sport

Is-sostituti jagħmlu d-differenza għal Arsenal f’Bilbao… Partita klassika fl-Allianz Stadium

Ritratt: EPA

Fl-ewwel ġurnata minn din l-edizzjoni tal-UEFA Champions League, rebħa importanti għal Arsenal barra minn darhom għand Atheltic Bilbao bl-iskor ta’ 2-0. Kienu iż-żewġ sostituti Gabriel Martinelli u warajh Leandro Trossard li għamlu d-differenza għal Gunners fejn skorjaw u kienu involuti fiż-żewġ gowls.

Fl-Allianz Stadium partita klassika bejn Juventus u Borussia Dortmund li offriet xejn inqas minn tmien gowls, erba’ għal kull tim. Karim Adeyemi fetaħ l-iskor għal Dortmund b’Kenan Yildiz iġib id-draw għal Juventus. Dortmund mill-ġdid fil-vantaġġ minuta wara minn Felix Nmecha, b’Dusan Vlahovic jiskorja l-gowl tal-parita għal Juventus.

Fil-75 minuta Yan Couto reġa’ poġġa’ lil Dortmund fil-vantaġġ b’Ramy Bensebaini jagħmilhom 4-2 mill-ħdax-il metru. Bil-partita tidher li se tintemm favur Dortmund, Juvetus skorjaw darbtejn, fl-94 minuta minn Vlahovic, u fis-96 mintua minnn Lloyd Kelly biex kisbu punt importanti minn din il-partita.

Rebħa minima ta’ 1-0 għal Tottenham Hotspurs fuq Villareal. Fir-ritorn tagħhom fil-UEFA Champions League it-tim immexxi minn Thomas Frank sab il-gowl tiegħu fir-raba’ minuta b’ Luiz Junior ta’ Villareal jitfa’ fix-xibka tiegħu stess.

Riżultati: A.Bilbao v Arsenal 0-2, PSV v U.St.Gilloise 1-3, Benfica v Qarabag FK 2-3, Juventus v B.Dortmund 4-4, R.Madrid v Marseille 2-1, Tottenham H. v Villareal 1-0