Darren Carabott, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott appella fil-Parlament li jeħtieġ li l-Liġi li temenda liġijiet varji għall-Prevenzjoni ta’ Sewqan taħt l-Influwenza tal-Alkoħol u d-Droga jinkludi wkoll abbuż fis-sewqan eċċessiv.
Darren Carabott semma’ l-mewt fit-toroq Maltin u qal li din hi pjaga. Hu qal li din il-liġi mhijiex tikkunsidra l-każi ta persuni li ma jkunux taħt l-effett tad-droga iżda xorta jabbużaw minn sewqan eċċessiv. Il-PN qed jinsisti li din il-liġi taħseb għal dawn iċ-ċirkostanzi tant li mhumiex jiżdiedu l-pieni. Jeħtieġ li kull tip ta’ abbuż ikun regolat bil-liġi, sostna Darren Carabott, li kompla li l-prevenzjoni hi l-aqwa kura f’dan ir-rigward.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex dan l-abbozz jinfetaħ għal kull abbuż fit-toroq u biex ikun hemm l-infurzar meħtieġ. Darren Carabott kompla li l-argument li l-pieni ħraxu sentejn ilu mhuwiex b’saħħtu biżżejjed għaliex fil-verità ma sarx biżżejjed. Kien hawn 19-il persuna li tilfu ħajjithom fit-toroq Maltin, qal Darren Carabott, li qal li l-PN mhuwiex biss jikkritika iżda jipproponi miżuri għal iktar sigurtà fit-toroq Maltin.
Kieku l-gvern ħa azzjoni f’Jannar meta l-PN ressaq il-proposti, forsi kienu jiġu salvati l-ħajjiet. Sentejn ilu l-PN kien diġà tkellem dwar il-bżonn ta’ testijiet tad-droga u tal-alkoħol u mhux biss it-18-il test tal-alkoħol li jsiru. F’Awwissu l-PN reġa’ tkellem fuq diversi aspetti dwar reat apposta u t-tolleranza zero.
//= $special ?>