“Il-Fortina hija inġustizzja mar-residenti, żvilupp kontra l-UNESCO, f’settur ta’ ambjent u żvilupp maħmuġ”.
Kien dan il-mod li bih il-koordinatur ta’ Flimkien għal Ambjent Aħjar Astrid Vella fissret l-aħħar skandlu tal-Gvern meta tkellmet mal-midja.
It-Tlieta filgħodu, Flimkien għal Ambjent Aħjar niedew rapport ta’ 14-il paġna li fih jagħti rakomandazzjonijiet lill-Gvern għall-abbozz tal-Viżjoni 2050.
Meta indirizzat lill-ġurnalisti, Astrid Vella spjegat li dan id-dokument ġie mniedi bil-għan li jikkontribwixxi għall-Viżjoni 2050 u mhux imaqdarha. Dan għaliex huwa sentiment komuni li pajjiżna ma jistax jibqa’ sejjer fid-direzzjoni li sejjer.
Hi appellat ukoll sabiex isir dak li propju nieda l-Partit Nazzjonalista fil-lokalitajiet – l-istudju tal-Carrying Capacity. Fejn tenniet li dawn huma bżonnjużi sabiex wieħed jagħraf xi żvilupp għandu jsir f’liema lokalità – b’kollox jiddependi kemm tiflaħ l-infrastruttura tal-lokalità.
Dan id-dokument jitkellem ukoll fuq is-sustainable development goals stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti, il-blue economy ta’ pajjiżna, il-kwalità tal-ħajja, il-bżonn ta’ social impact assessmemt u anke t-tniġġis tal-arja u t-trasport pubbliku, is-saħħa u l-wirt storiku fost l-oħrajn.
Minn naħa tiegħu, ic-Chairperson tal-għaqda, Charles Mercieca tkellem ukoll dwar kif minkejja li din il-viżjoni hija waħda sofisitikata – għandu jkun hemm diskussjonijiet fit-tul u kontinwi sabiex din tkun adekwata għaż-żminijiet. Dan filwaqt li anke spjega li qabel kull żvilupp għandu jsir pjan fit-tul – fosthom anke feasability study.
Preżenti kien wkoll l-Inġinir Michael D’Amato li spjega li l-viżjoni trid tkun waħda ħolistika u li tikkunsidra infrastruttura b’saħħitha. Fejn semma’ l-fatt li huwa ta’ diżappunt li l-viżjoni ma tinkludix studji ta’ demografija u ż-żieda fil-popolazzjoni.
Preżenti kienet is-Shadow Minister Rebekah Borg.
//= $special ?>