Il-Eurovision Broadcasting Union se tiddeċiedi fuq il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael fil-Eurovision Song Contest f’Diċembru li ġej. Dan wara li Spanja ngħaqdet mal-pajjiżi li qed jgħidu li jekk Iżrael jipparteċipa huma mhumiex se jieħdu sehem.
Spanja huwa l-ħames pajjiż li ħa din id-deċiżjoni wara li fl-aħħar ġimgħat l-Olanda, l-Irlanda, is-Slovenja u Iżlanda ħabbru li jekk Iżrael jitħalla jipparteċipa huma mhumiex se jkunu qed jipparteċipaw.
Però, id-deċiżjoni ta’ Spanja tista’ toħloq impatt sinifikanti minħabba l-fatt li Spanja huwa parti mill-‘big five’ u li jagħti kontribut finanzjarju fl-organizzazzjoni tal-Eurovision.
Id-Direttur tal-BBC li huwa parti mill-kumitat eżekuttiv tal-EBU, qal li din hija sitwazzjoni ferm delikata u li preżentament għaddejjin numru ta’ diskussjonijiet. Qal ukoll li l-Eurovision qatt ma kien politika u li kien dejjem dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-mużika.
Intant, il-futur ta’ Iżrael fil-Eurovision Song Contest mistenni li jkun determinat f’Diċembru li ġej.
//= $special ?>