Ilbieraħ filgħaxija l-MFA inawgurat uffiċjalment iċ-ċentru sportiv il-ġdid tagħha f’Ta’ Qali, il-post li minn issa se jkun qed jilqa’ faċilitajiet ġodda tal-għola klassi li se jospitaw iċ-Ċentru Tekniku tal-Assoċjazzjoni.
Din l-inawgurazzjoni saret bħala parti minn programm ta’ ċelebrazzjonijiet biex ifakkru l-125 anniversarju mit-twaqqif tal-MFA.
L-inawgurazzjoni saret miil-President tal-FIFA, Gianni Infantino fil-preżenza tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg kif ukoll il-Viċi President tal-UEFA, Jesper Moller Christensen u l-Ministru responsabbli mill-Isport, Clifton Grima.
Dan iċ-ċentru tal-isport sar b’investiment ta’ ftit aktar minn €12-il mliljun u jinkludi stadium ġdid ta’l-għola Kategorija, li hu skont dak li titlob il-UEFA, kif ukoll zoni oħra ta’ importanza fl-iżvilupp tal-futbol, fosthom Ċentru Sportiv għax-Xjenza Medika, spazju fejn il-plejers ikunu jistgħu jgħaddu l-ħin liberu tagħhom, binja amministrattiva u spazju ieħor fejn jistgħu jsiru l-konferenzi.
Dan iċ-ċentru tbierek minn Fr. Hilary Tagliaferro, Eks President u fundatur tal-Youth FA, u eks ufficjal tal-MFA.
Preżenti wkoll l-ambaxxaturi tal-FIFA l-eks plejers internazzjonali tal-Italja Christian Vieri u Fabio Cannavaro.
//= $special ?>