Lokali

Passiġġiera fuq mutur feruta gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll

Ġappuniża ta’ 44 sena u residenti Birkirkara, għall-ħabta tas-7:30pm ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Ġermaniż ta’ 44 sena li jgħix San Ġiljan kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Voge 300Rally, tilef il-kontroll u waqa’. Il-mara kienet passiġġiera fuq il-mutur.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, u l-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.