Regoli tal-Unjoni Ewropea dwar proċeduri ta’ akkwist pubbliku, li dalwaqt jiġu fis-seħħ, huma mistennija jinkludu l-obbligu li l-awtoritajiet pubbliċi jiġġustifikaw ir-raġuni wara direct orders, fuq t-talba tal-MEP Peter Agius għal aktar trasparenza.
Il-proposta tal-MPE Peter Agius għal ġustifikazzjoni raġunata ta’ direct orders sabet l-appoġġ ta’ 432 MPE minn diversi gruppi politiċi bħala parti mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Proċeduri ta’ Akkwist Pubbliku adottata fi Strasburgu, il-ġimgħa l-oħra.
Il-proposta ta’ Agius tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jippublikaw notifika bir-raġunijiet speċifiċi għalfejn għażlu li jagħtu direct order meta jagħżlu li jagħmlu dan flok ma joħorġu sejħa pubblika għal offerti.
Intant hu saħaq li flus il-poplu għandhom jintużaw b’mod trasparenti u mhux bħala ħlas fi ftehim korrott. Hu semmma wkoll kif f’Malta, l-awtoritajiet u l-ministeri spiss qegħdin jabbużaw mid-direct orders biex iduru mar-regoli tal-UE għal kompetizzjoni miftuħa u trasparenti.
Peter Agius għalaq billi qal li wasal iż-żmien li din il-lakuna titneħħa u l-awtoritajiet pubbliċi pubblikament jagħtu raġunijiet validi għall-għoti ta’ direct orders. In-negozju onest jiggwadanja minn dan u tiżdied il-kompetizzjoni ġusta. Il-poplu li jħallas it-taxxi jirbaħ għax ikun hemm aktar sorveljanza demokratika u finanzjarja fuq l-użu tal-fondi pubbliċi.
//= $special ?>