Futbol Sport

Rebħa missielta għal Ħamrun… Tasal l-ewwel rebħa għan-neo promossi Tarxien

Ritratt: Joseph Galea

Zabbar St.Patricks …………….. 0

Ħamrun Spartans ……………. 1

Zabbar STP: L.Camilleri, A.Dumbuya, S.Cejas, A.Gambarte, J.Agius, J. Micallef, S.Jovanovic, Z.Leonardi, V.De Paiva, M.Barbosa, K.Scicluna

Ħamrun S.: H.Bonello, R.Petrilio, N.Micallef, N.Garcia, M.Thioune, J.Mbong, V.Polito, N’Dri Koffi, J.Cadenovic, D.Simkus, E.Marcelina

Referee: S.Petrovic

Assistenti Referee: J.Muscat, M.Muscat

Fit-Tony Bezzina Stadium rebħa minima għal Ħamrun Spartans fuq Zabbar St.Patrick bl-iskor ta’ 1-0. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva ta’ Ħamrun u tħallihom fit-tieni post tal-klassifika bi 8 punti.

Il-gowl deċiżiv tal-partita wasal fit-22 minuta b’gowl ta’ Rafael Petrilio Compri.  

Sliema W. ………… 2

Birkirkara …………. 2

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, N.Frendo, A.Magri Overand, V.Plut, M.Beerman, R.Prsa, M.Bah, H.Freire, B.Diarra, M.Baggio

Birkirkara: A.Martinez, I.Morello, M.Cordova, K.Reid, S.Dimech, K.Zammit, L.Lacunza, F.Sasere, G.Acheampong, S.Makoma, L.Ribeiro

Referee: D.Portelli,

Assistenti Referee: L.Portelli, R.Curtis

Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta Qali draw ta’ 2-2 bejn Sliema Wanderers u Birkirkara. Sliema fil-vantaġġ wara 20 minuta logħob permzz ta’ Mamadu Bah, b’Henrique Bernardo Murito jirdoppja għal Wanderers ħames minuti wara.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima l-internazzjonali Malti Kemar Reid naqqas id-distakk għal Birkirkara. Biex fis-86 minuta kellu jkun Leandro Lacunza li kiseb il-gowl tad-draw għal Birkirkara.

Naxxar L. ……………… 2

Tarxien R. ……………. 3

Naxxar L.: M.Debono, T.Seara, F.De Campos, N.Pace Cocks, A.Soares, V.Souza, M.Silva, C.Kontchou, V.Ferreira, G.Bonanno, V.Moura

Tarxien R: A.Cassar, S.Filipe, F.Conceicao, A.De Barros, K.oliveira Bastos, G.Vella, S.Mizzi, H.Silva Rosa, M.Zango, O.Ibeh, R.Rodrigues

Referee: A.Johnson

Assistenti Referee: K.Saliba, D.Castillo

Fit-Tony Bezzina Stadium tasal l-ewwel rebħa għan-neo promossi Tarxien Rainbows kontra Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-2. Tarxien fil-vantaġġ permezz ta’ Ibeh Nnamdi b’Vinicius Ferreira De Jesus iġib il-gowl tad-draw għal Naxxar.

Joao Cardoso reġa’ poġġa’ lil Naxxar fil-vantaġġ, b’Kyle Gatt jikseb id-draw għal Tarxien fis-66 minuta. Biex fid-79 minuta kien Nhaysonn Da Silva Rosa li skorja il-gowl importanti li ta’ rebħa lil Tarxien.