Lokali

Spettaklu kull filgħaxija fi Pjazza Tritoni b’rabta mal-Indipendenza

Hekk kif nhar il-Ħadd pajjiżna se jkun qed ifakkar il-61 sena mill-Indipendenza, il-Partit Nazzjonalista ħejja programm adattat għal kulħadd bit-tema ‘Dan hu l-Mument’.

L-attivitajiet propju bdew is-Sibt li għadda bil-Konkors Kanzunetta Indipendenza u issa se jkomplu minn nhar il-Ħamis li ġej fi Pjazza Tritoni. Bil-qofol jintlaħaq fl-20 ta’ Settembru b’mass meeting indirizzat mill-Kap tal-PN Alex Borg.

F’kummenti ma’ Net News, is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Stefan Caruana spjega li f’kull jum se jkun hemm attivita differenti. Bis-serata tal-Ħamis se tinkludi fiha l-Ġirja tal-Indipendenza.

Imbagħad il-Ġimgħa filgħaxija se jkun hemm intervista mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u wara, il-lejl jagħlaq bl-avveniment Battle of the Bands.

Stefan Caruana spjega wkoll x’se jsir fl-20 ta’ Settembru b’kull lejl jagħlaq bi spettaklu mill-isbaħ minn bosta artisti lokali.

Dan apparti li fi Pjazza Tritoni se jkun hemm diversi stands ta’ ikel u xorb

Intant, l-aħħar avveniment b’rabta mal-Indipendenza se jibda fil-25 ta’ Settembru li ġej bl-avveniment Rottarti li jippromovi l-arti, u se jdum għaddej għal għaxart ijiem.