Futbol Sport

Titħabbar l-introduzzjoni tal-Football Video Support fil-futbol Malti

Ritratt: MFA

Il-Malta Football Association flimkien mal-Malta Premier ħabbru l-introduzzjoni tal-Football Video Support fil-futbol Malti fil-YoHealth Malta Premier kif ukoll fil-Meridian FA Trophy.

Simli għal VAR u approvata mill-FIFA, il-FVS hija idejali għall-kampjonati iżgħar li sal-lum ma jifilħux għall-ispejjeż tas-sistema tal-VAR. L-ispejjeż kollha tat-tekonoloġija se jkunu qed jinġarru mill-clubs.

Iċ-chairman ta’ Kampjonat Malta Limited Alan Abela laqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-FVS fil-YoHealth Malta Premier, ““Nikkunsidraw li dan huwa pass importanti għall-kampjonat tagħna, frott ta’ investiment mill-klabbs li jagħmlu parti mill-MPL u grazzi għas-sostenibbiltà finanzjarja li rnexxielna nagħtu lill-Kampjonat fi ftit iktar minn sena ħidma”.