Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar li se jkun qed jieħu passi legali fil-konfront ta’ ‘The New York Times’ b’rabta mal-istorja b’rabta ma’ Jeffrey Epstein.
Dettalji li l-President tal-Istati Uniti kien ċaħad b’mod kategoriku.
U allura, Trump se jkun qed ifittex lil dan il-ġurnal għal 15-il biljun dollaru.
F’post fuq il-midja soċjali Trump qal li l-ġurnal jagħti aktar importanza lid-Demokrati filwaqt li fakkar dwar l-endorsement li kienu għamlu fuq Kamala Harris waqt l-elezzjoni Presidenzjali.
Huwa sostna li ‘The New York Times’ ilu jigdeb fuqu u wasal iż-żmien li dan il-gideb jieqaf darba għal dejjem.
//= $special ?>