Spanjola ta’ 29 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fir-Rabat, Għawdex.
L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-12:15 fi Triq ir-Repubblika.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza misjuqa minn mara ta’ 64 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lil mara, ittieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>