Sport

Żewġ draws f’żewġ partiti tas-Serie A

Fl-aħħar żewġ partiti fi tmiem ġurnata oħra fil-bidu tal-kampjont tas-Serie A, kienu reġistrati żewġ draws f’partiti li kienu missielta sal-aħħar.

Stadio Bentegodi :

Verona   0        Cremonese   0

Ebda gowl f’partita li matulha minkejja li Verona kellhom aktar azzjonijiet offensivi fuq il-lasti ta’ Emil Audero, naqsu milli jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun bit-tieni draw minn tliet partiti.

Għal kuntrarju Cremonese għadhom mhux megħluba. Wara żewġ rebħiet konsekuttivi bid-draw miksub barra minn darhom telgħu fit-tielet post b’7 punti daqs Udinese.

Stadio Sinigaglia :

Como    1        Genoa    1

F’mument meta gowl fil-bidu tal-partita deher li kien biżżejjed għal Como biex jiksbu t-tielet rebħa, l-aħħar minuti biddlu l-fisonomija tal-partita. Tkeċċija u gowl minn Genoa li b’hekk kisbu l-ewwel punt wara żewġ telfiet.

Fl-14-il minuta Como marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Alvaro Morata kien NICO PAZ li għeleb lil Nicola Leali liema gowl kien ikkonvalidat bil-VAR. 1 – 0 kien l-iskor li bih intemmet ukoll l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, minkejja li Genoa kienu aktar fil-partita, kollox deher li Como se jżommu l-vantaġġ minimu. Fit-88 minuta izda, minn foul ta’ Jacobo Ramon fuq Junior Messias ġiegħel lir-referee Marco Piccinini ikeċċieh b’karta ħamra diretta. Attakk minn Genoa fejn CALEB EKUBAN għeleb lil Jean Butez. Minuti wara ntemmet il-partita 1 – 1.