Tyler Robinson, ir-raġel ta’ 22 sena akkużat bil-qtil tal-attivist Charlie Kirk, hekk kif ammetta għemilu f’nota lis-sieħeb tiegħu.
L-akkużat ħalla nota lis-sieħeb tiegħu li kien joqgħod fl-istess kamra miegħu. Fuq in-nota kiteb dawn il-kliem “kelli ċ-ċans neħles minn Charlie Kirk, u se nieħdu”.
Intant, wara 33 siegħa ta’ tfittxija, Robinson ġie arrestat.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat ukoll xi messaġġi li kellhom bejniethom Robinson u s-sieħeb tiegħu. B’messaġġ minnhom ikun jindika li qatel lil Kirk għax xeba’ bil-mibegħda tiegħu.
Fost l-evidenza, waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta, flimkien man-nota, il-prosekuzzjoni ppreżentat traċċi ta’ DNA li nstabu fuq l-arma li allegatament intużat fir-reat.
Tyler Robinson qed jinżamm f’taqsima speċjali fil-ħabs ta’ Utah County u qed jiġi mixli b’numru ta’ akkużi fosthom qtil, rimi illegali ta’ armi, akkużi b’rabta mat-tfixkil tal-proċess ġudizzjarju u li wettaq reat fil-preżenza ta’ nies taħt l-età.
Jekk il-Qorti ssibu ħati, Robinson jista’ jaffaċċja l-piena tal-mewt.
//= $special ?>