Sport

Atleta Malti kiseb il-kwalifkazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth

Fir-raba’ ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika organizzati minn World Athletics, fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokj, kkien hemm fl-azzjoni l-uniku atleta Malti – Jared Micallef meta fil-ewwel Heat tat-800 metru, Jared Micallef temm fis-seba’ post fost disa’ atleti.

Huwa għamel id-distanza f’1 minuta u 46.62 sekondi. Wara Micallef temmew Giovanni Lazzaro tal-Italja u Justin O’Toole tal-Kanada. Il-heat intrebħet minn David Barroso ta’ Spanja f’minuta u 44.94 sekondi.

Bil-ħin miksub fil-klassifika ġenerali Jared Micallef temm fl-44 post minn 63 atleta. B’dan ir-riżultat, Micallef kiseb ukoll il-kwalifkazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth tal-2026. Micallef kien akkumpanjat mill-kowċ tiegħu Jayden Ross.

Id-delegazzjoni Maltija tmexxiet mit-Teżorier ta’ Athletics Malta Darren Micallef, li attenda għall-Kungress ta’ World Athletics li sar fl-istess jiem tal-avveniment, li matulu ġew diskussi numri ta’ temi li għadhom impatt fuq il-futur tal-atletika. Darren Micallef kellu numru ta’ laqgħat bilaterali ma’ rappreżentanti minn pajjiżi oħra, bl-għan li tkompli tisaħħaħ il-preżenza u l-viżiblità ta’ Malta fl-komunità tal-atletika .