Lokali

Għada jingħata bidu għal tlett ijiem ta’ avvenimenti tal-PN b’rabta mal-Indipendenza

Minn għada filgħaxija fi Pjazza Tritoni se jibdew l-avvenimenti tal-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-Indipendenza bit-tema ‘Dan hu l-Mument’.

Mill-Ħamis sas-Sibt se jkun hemm diversi avvenimenti politiċi kif ukoll spettakli fejn matul dawn it-tlett ijiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg se jkollu intervista maż-żgħażagħ, intervista ma’ ġurnalist indipendenti u mbagħad il-qofol jintlaħaq bil-mass meeting tas-Sibt filgħaxija.

Minn naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello tkellem fuq is-sinifikat tal-avvenimenti b’rabta mal-Indipendenza.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Apparti minn hekk, Charles Bonello spjega kif waqt l-attivitajiet tal-Ħamis filgħaxija se tkun qed tinbiegħ edizzjoni speċjali ta’ ‘Il-Mument’ u li se tkun dwar il-ħatra tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Intant, matul dawn it-tlett ijiem ta’ avvenimenti adattati għall-familja kollha se jkun hemm diversi stands ta’ ikel u xorb