HSBC Malta ħabbret li CrediaBank, bank ewlieni fil-Greċja, ser jakkwista f’idejh mas-70 fil-mija tax-shareholdings ta’ HSBC Continental Europe. Dan bil-prezz ta’ 200 miljun ewro.
Intant l-azjendi minoritarji se jkollhom l-għażla li jew jaċċettaw din l-offerta jew iċedu l-ishma tagħhom.
Il-prezz ta’ €1.44 għall-ishma inkwistjoni, huwa bbażat fuq is-suq monetarju tal-HSBC. Dan mistenni jibqa’ jibqa’ stabbli.
CrediaBank, li kienet magħrufa qabel bħala Attica Bank, assigurat lill-HSBC li għandha intenzjoni li żżomm it-tim preżenti, dan anke sabiex il-kumpanijja tibqa’ stabbli fis-suq monetarju u l-Borża ta’ Malta.
CrediaBank saħqet li hi ser iżżomm lill-impjegati tal-bank fuq kondizzjonijiet relattivament l-istess għal tal-inqas sentejn minn meta jsir it-trasferiment tal-assi.
CrediaBank, il-ħames l-akbar bank fil-Greċja skont l-assi totali tal-banek Griegi, joffri servizzi lil madwar 300,000 klijenti korporattivi u b’65 fergħa madwar il-pajjiż kollu.
Intant, il-Kap Eżekuttiv ta’ CrediaBank, Eleni Vrettou, saħaqet li t-tir tal-Bank hu li jiġi integrat b’mod b’saħħtu fis-suq lokali, dan apparti li tkellmet ukoll dwar kif ser jagħmlu minn kollox sabiex jiġi l-investiment lejn Malta.
Vrettou tkellmet ukoll dwar l-impenn tal-kumpanija lejn l-impjegati u l-klijenti tal-HSBC Malta.
Intant, lura f’Awwissu bdew id-diskussjonijiet li wasslu sabiex isir dan it-trasferiment ta’ banek – trasferiment ta’ 200 miljun ewro.
//= $special ?>