It-Tlieta waranofsinhar Net News staqsa lid-Deputati Laburisti dwar ir-rapport tal-NAO li minnu ħareġ ħabi sfaċċat dwar id-deal tal-Fortina li waqt li kien valutat li l-Gvern kellu jdaħħal aktar minn €20 miljun… ġabar inqas mid-doppju – ċioè mat-€8 miljun biss.
Filwaqt li d-Deputat Prim Ministru Ian Borg saħaq li ma kellux idea tal-valutazzjoni li tkellem dwarha l-NAO – skont ix-xhieda tiegħu ċ-Chairman tal-Lands ta’ dak iż-żmien kien effettivament kellmu dwarha – imma l-ewwel qallu li mhux ta’ min joqgħod fuqha… imbagħad qallu li mhux lesta. Kontradizzjoni assoluta kif deskritta mill-NAO u Ian Borg stess.
Net News staqsa lil Ian Borg dwar dan… bid-Deputat Prim Ministru jibqa’ jiċħad.
Skont ir-rapport tal-NAO u skont ix-xhieda li ngħatat, qed jiġi allegat li l-Eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ħeba r-rapport tal-valutazzjoni… bid-Deputati skomdi jwieġbu.
Mistoqsijin jekk qrawx ir-rapport li xeħet dell ieħor fuq il-kurituri ta’ Kastilja wħud minnhom saħqu li qraw is-sommarju… oħrajn kemm rawh fuq fuq…
Dan filwaqt li Net News staqsa kif wasal għal dan l-iżball fejn min qalilna li se ssir analiżi, oħrajn li jafdaw f’Ian Borg… u kien hemm min minflok serrħilna moħħna fuq skandli oħrajn, qalilna li l-iskandlu l-ieħor, tal-akbar frodi tal-€400 miljun kienet biss gidba.
//= $special ?>