Matul żjara li saret 1300 jum wara l-bidu tal-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Parlament se jżomm il-wegħda li jkun spalla ma spalla mal-Ukrajna. Hija żiedet tgħid li permezz tal-uffiċċju fi Kiev, il-Parlament Ewropew jista’ jisma’, jaħdem u jappoġġja lill-Ukrajna fit-triq tagħha lejn il-paċi u s-sħubija fl-UE.
Il-President Metsola qalet li l-Ewropa – bħall-Ukrajna – dejjem ħadmet għall-paċi.
Il-President Metsola ltaqgħet mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy. Hija enfasizzat li l-paċi trid tkun permanenti, ibbażata fuq il-ġustizzja u d-dinjità. Il-President tal-Parlament Ewropew qalet li wasal iż-żmien li finalment titmexxa ‘l quddiem l-applikazzjoni tal-Ukrajna għas-sħubija fl-UE.
Matul iż-żjara tagħha, il-President Metsola ltaqgħet ukoll mal-Prim Ministru Ukrena Yulia Svyrydenko u l-Ispeaker tar-Rada Ruslan Stefanchuk, kif ukoll mal-mexxejja tal-Fazzjonijiet u l-Gruppi Politiċi tal-Verkhovna Rada.
Hija sellmet ukoll il-kuraġġ ta’ dawk kollha li ssagrifikaw ħajjithom għal-libertà, filwaqt li żaret skola fejn iltaqgħet mat-tfal li qed jibbenefikaw minn għajnuna umanitarja u ikel provdut mill-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>