Il-kowċ Portugiż Jose Mourinho jinsab viċin li jirritorna fit-tmexxija ta’ Benfica fejn se jkun qed jieħu post Bruno Lage li tkeċċa wara t-telfa kontra Qarabag, fl-ewwel partita tal-UEFA Champions League.
It-tim Portugiż kien żewġ gowls vantaġġ qabel rimontra ta’ 3-2 minn Qarabag li rathom jitilfu l-partita f’Estadio da Luiz. Il-President ta’ Benfica Rui Costa qal li hu qed jittama li jkun ħatar kowċ ġdid sa nhar is-Sibt, mingħajr ma għamel referenza għal ħatra ta’ Mourinho.
Dan se jkun ir-ritorn ta’ Mourinho fil-Portugall wara 21 sena, u 25 sena wara li ħalla lill-istess Benfica, li magħhom kien beda l-karriera tiegħu fis-sena 2000. Wara li ħalla lil Benfica Mourinho issieħeb ma’ Porto fejn għamel suċċess u rebaħ il-UEFA Champions League fl-istaġun 2003-04. Wara Porto, Mourinho kellu esperjenzi ta’ suċċess ma’ Chelsea, Inter, Real Madrid, Manchester United, Roma, Tottenham u Fenerbache.
Jekk Benfica jappuntaw lil Mourinho bħala kowċ, hu se jaffronta lil Chelsea fil-UEFA Champions League fit-30 ta’ Settembru. Benfica jinsabu fis-sitt post fil-Primeira Liga, ħames punti wara l-leaders Porto, iżda b’logħba inqas.
//= $special ?>