Albert Buttigieg, PN
Kull persuna għandha d-dinjità tagħha u d-dmir tagħna li nipproteġu u nħarsu din id-dinjità mingħajr biza’ u theddid.
Dan sostnih id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg meta kien qed jitkellem fl-Aġġornament tal-Parlament.
Hu tkellem dwar numru ta’ persuni li qegħdin joħolmu f’ħajja aħjar, ‘il bogħod mill-miżerja, mill-vjolenza, mill-qtil, d-diskriminazzjoni u ġlied.
Il-Gvern Laburista daħħal diversi barranin biex jaħdmu f’pajjiżna. Dawn spiċċaw donnu skjavi imma issa għaliex l-opinjoni pubblika tħoss li hawn ħafna barranin, dan l-istess Gvern għaliex jinsab taħt pressjoni, flok naqqas in-numru ta’ barranin qiegħed jinfexx ma’ dawn il-persuni.
Il-gvern jaf li l-poplu ma jagħmilx distinzjoni bejn il-barranin u dawk li ilhom snin fostna bħala refuġjati. B’hekk il-Gvern jidher sabiħ ma’ ċertu nies. Fost dawn li ilhom fostna bħala refuġjati hemm.
Hu tkellem dwar Abdu, Abdi, Yusuf u Kondienah u qal li dawn l-aħħar tlieta ilhom igħixu f’Malta għal dawn l-aħħar 18-il sena. Kienu jagħmlu parti mill-komunità Etjopjana f’Malta, filwaqt li Abdu huwa żgħażagħ attivist fil-komunità gay. Il-ġimgħa li għaddiet taħt pressjoni mill-MGRM, inħeles Abdu u l-kaz tiegħu se jerġa’ jinstema’.
Il-Gvern biddel id-deċizjoni tiegħu mhux daqstant fuq prinċipju imma minħabba pressjoni pubblika li saret. Fil-fatt, għal tliet Etjopjani oħra, għaliex ma kien hemm l-ebda pressjoni fuq il-Gvern, spiċċaw ġew deportati u l-Gvern għamel show bihom.
Hu qal li dawn it-tliet Etjopani mhux biss ilhom fostna għal diversi snin imma dawn integraw f’pajjiżna, ħallsu t-taxxa, bnew familji, min kien iħaddihom kien kburi bihom u qatt ma kissru liġi.
Huma kienu ta’ eżempju u onesti akar minn xi wħud minna. Imma l-Gvern Soċjalista sabilhom mira faċli u scapegoats. B’hekk il-Gvern għalaq ħalq ta’ dawk li jgħidu li hawn ħafna barranin. Għaliex wieħed jiġi meħlus u oħrajn le? Kwistjoni ta’ two wieghts, two measures?
Għaliex ċertu barranin li jinstabu ħajta u nqabdu mill-Pulizija, bħal dawk li jbiegħu d-droga fi Ġnien Spinola, f’San Giljan. Il-Gvern mhux qiegħed jimxi l-istess ma’ kulħadd.
Meta l-Gvern ma jimxix ma’ kulħadd l-istess, allura jkun hemm diskriminazzjoni, ikun hemm inġustizzja soċjali. Bħal dawn it-tliet Etjopjani hemm oħrajn li ilhom fil-kwiet u mingħajr fastidju jgħixu fostna. Sa ftit snin ilu dawn il-persuni kienu jingħataw reżistenzi temporanja u wara li jkunu għamlu diversi snin fostna u integraw sew, allura jingħataw ċans li jibnu ħajjithom mill-ġdid.
Albert Buttigieg appella lill-Gvern li jirrevedi l-policy tiegħu f’dan ir-rigward. Filwaqt li hu mifhum li pajjiżna għandu l-limitazzjoni tiegħu imma ejjew ma nkunux aħna l-politiċi li biex nintgħoġbu ma’ ċertu nies, ninsew l-umanità u l-valuri tagħna.
//= $special ?>