Futbol Sport

Liverpool jirbħu fl-aħħar minuti… rebħiet ukoll għal Inter, Bayern u PSG

Ritratt: epa

Liverpool għal darb’oħra reġgħu rebħu, f’Anfield, fl-aħħar minuti tal-partita bl-iskor ta’ 3-2 fuq Atletico Madrid. Liverpool marru 2-0 fl-ewwel għaxar minuti tal-partita b’gowls ta’ Andy Robertson u Mohammed Salah.

Reazzjoni minn Atletico Madrid fil-45 minuta b’gowl ta’ Marcos Llorente, qabel reġa’ kien l-istess Llorente li kiseb id-draw fil-81 minuta. Hekk kif il-partita dehret li se tintemm fi draw, minn corner minn fuq il lemin kien Virgil van Dijk li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Jan Oblak għal 3-2.

Fl-Allianz Arena rebħa ta’ 3-1 għal Bayern Munich fuq Chelsea. Bayern fetħu l-iskor fl-20 minuta minn awtogowl ta’ Trevoh Chalobah, biex seba’ minuti wara rdoppjaw permezz ta’ Harry Kane, li mill-ħdax-il metru ma żbaljax. Chelsea naqqsu d-distakk żewġ minuti wara b’konklużjoni fis-saqaf tax-xibka ta’ Cole Palmer. Fit-63 minuta wasal it-tielet gowl ta’ Bayern Munich skorjat mill-captain Ingliż Harry Kane.

Wara d-disfatta fis-Serie A, Inter irritornaw għar-rebħ barra minn darhom għand Ajax bl-iskor ta’ 2-0. Kien Marcus Thuram li fetaħ l-iskor fit-42 minuta fuq pass ta’ Hakan Calhanoglu qabel reġa’ kien l-istess Thuram li fis-47 minuta għamel l-iskor 2-0.

Riżultati: Olympiacos v Pafos 0-0; Prague v Bodoe 2-2; Ajax v Inter 0-2; B.Munich v Chelsea 3-1; Liverpool v A.Madrid 3-2; PSG v Atalanta 4-0.