Lokali Turiżmu

Mis-sajf li ġej se jibdew titjiriet diretti minn Malta lejn New York wara votazzjoni mill-ħaddiema tad-Delta

Din il-ġimgħa tħabbret skeda ġdida ta’ titjiriet diretti bejn l-Ajruport Internazzjonali John F. Kennedy, fi New York, l-Istati Uniti, u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li se jibdew fis-sajf  li ġej, minn Delta Air Lines.

Dan is-servizz se jipprovdi link diretta bejn Malta u s-suq tal-Amerika ta’ Fuq, inklużi l-Istati Uniti u l-Kanada.

Il-kumpanija Delta għażlet lil Malta wara li kienu l-ħaddiema stess li xtaqu jżidu din id-destinazzjoni. Ma’ Malta, se tiżdied ukoll Sardenja.

Din il-linja internazzjonali kkonfermat li se tibda topera 3 titjiriet fil-ġimgħa b’ajruplan Boeing 767-300, bejn Ġunju u Ottubru.