Raġel ta’ 52 sena miż-Żurrieq jinsab jissielet għal ħajtu wara li ntlaqat minn Toyota Vitza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Kalkara. Il-Każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li kien sofra ġrieħi serji. Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia, ġie infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ, għadhom għaddejjin.
//= $special ?>