Fi kliem l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, ir-rapport tal-Awditur Ġenerali sar “in very bad taste”.
Dan iddikjarah f’kummenti mant-Times fejn qal li l-eks Kap tal-Awtorità tal-Artijiet – Lino Farrugia Sacco – illum ma jistax iwieġeb għax miet. B’Muscat jgħid li r-rapport tal-Fortina minn naħa tal-NAO fih statements iebsin u ipoteżi li Farrugia Sacco ma jistax iwieġeb.
Joseph Muscat qal li l-Awditur tefa’ l-piż kollu fuq il-persuna li kien imexxi l-Awtorità. Meta dan fattwalment mhuwiex minnu, għaliex l-NAO jikxef kif anke Keith Schembri kien konxju ta’ dak li sar – partikolarment, il-valutazzjoni tas-sit.
//= $special ?>