Tfajla ta’ 23 sena minn Londra li kienet għall-btala f’Malta flimkien mal-ħabiba tagħha ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin mill-Maġistrat Rachel Montebello wara li ammettiet li matul il-lejl kkaġunat ġrieħi gravi fuqha wara li kellhom argument fil-kamra tagħhom.
Aaliya Black, li wkoll Ingliża – ammettiet li kkaġunat feriti gravi fuq widnejn il-leminija ta’ Tia Jacqueline Morrison-Francis. Ħareġ fil-Qorti li Black kienet arrestata fil-kamra tal-lukanda fil-Mellieħa wara li l-istaff tal-lukanda ċemplu lill-Pulizija fuq dan l-inċident.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2am. ta’ nhar it-Tlieta 16 ta’ Settembru bit-tfajla tammetti li użat kliem ta’ theddid fuq seħbitha, liema nġurji ħarġu barra mill-limiti ta’ provokazzjoni. Kif black ammettiet il-Qorti wissietu li każ bħal dan jista’ jfisser kundanna ta’ priġunerija u għalhekk tgħata ċans biex terġa’ taħsibha.
Hija kkonfermat l-ammissjoni tagħha bil-prosekuzzjoni tgħid lill-Qorti li l-piena għandha tkun dik ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin anke minħabba l-fatt tal-ammissjoni bikrija minn naħa tagħha u li kkoperat mal-Pulizija.
Id-difiża mmexxija mill-Avukat tal-Għajuna Legali Lorraine Galea qalet li piena effettiva ma tkunx waħda idonea anke minħabba l-fatt li Black għandha żewġ ulied minuri u li fl-Ingilterra tgħix man-nanna tagħha. Il-Qorti qablet ma’ sentenza sospiża ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
Il-ħatja ngħatat ukoll twissija mill-Qorti li fl-ebda ħin ma tersaq jew tagħmel kuntatt mal-vittma għal perjodu ta’ tliet snin. Sadanittant Morrison-Francis ukoll tressqet il-Qorti b’rabta mal-inċident fejn ġiet mixlija li kkaġunat ġrieħi ħfief fuq Black. Hija kienet instabet mill-Pulizija fil-lobby tal-lukanda.
Morrison-Francis ammettiet ukoll u ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin. Għaliha dehret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Nadia Fyott. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mgħejjuna mill-Ispettur Cheyenne Mangion.
//= $special ?>