Futbol Sport

Tasal it-tielet rebħa għal Marsaxlokk danl-istaġun… Draw bejn Mosta u Hibernians

Marsaxlokk …………… 2

Gżira Utd ……………… 0

Marsaxlokk: C.Mafoumbi, W.Soares, O.El Hasni, N.Muscat, N.Portelli, J.Corbolan, A.Soares, J.Minala, L.Aguirre, R.Mihana, M.Barros

Gżira Utd: E.Colombo, G.Mentz, A.Borg, S.Martinez, C.Penha, M.Maia, C.Failla, L.Riascos, E.Becerra. K.Bonilla, W.Bonilha

Referee: M.De Gabriele

Assistenti Referee: M.Ciantar, S.Calleja

Fit-Tony Bezzina Stadium Marsaxlokk għelbu lil Gżira Utd bl-iskor ta’ 2-0 biex kisbu t-tielet rebħa tagħhom dan l-istaġun.

B’azzjonijiet perikolużi għaż-żewġ naħat, kienu Marsaxlokk li marru fil-vantaġġ fis-36 minuta meta minn corner ta’ Mihana kien Ailton Soares li bir-ras għeleb lil Colombo għal 1-0.

Marsaxlokk irdoppjaw minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta din id-darba minn freekick tal-istess Mihana kien Nevin Portelli li mill-viċin xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.

Mosta ………………… 2

Hibernians …………. 2

Mosta: D.Akpan, M.Bolanos, J.Eke, H.Machado, G.Goncalves, V.Da Silva, G.Sciberras, N.Agius, C.Emmanuel Prince, J.Vassallo, L.Fernandes

Hibernians: J.Haber, H.Silas, L.Villela, N.Felicio, B.Kristensen, V.De Souza, D.Bonnici, A.Cacho Alves, H.Nunes Silva, M.Lima Duarte, C.Silva Dos Santos

Referee: G.Tonna

Assistenti Referees: V.Vasilev, A.Pavia

Fl-aħħar partita minn Matchday 4 tal-YoHealth Malta Premier draw ta’ 2-2 bejn Mosta u Hibernians. Hibernians fil-vantaġġ wara 20 minuta meta minn azzjoni maħdum tajba Akpan salva l-ewwel konklużjoni biex mit-tieni konklużjoni kien Duane Bonnici li ma żbaljax għal 1-0.

Tliet minuti wara reazzjoni minn Mosta meta kien Daniel Machado Santos li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 1-1.

Hibernians mill-ġdid fil-vantaġġ fis-57 minuta meta minn pass ta’ Dos Santos kien Cleiton Mendonca li minn quddiem Akpan xeħet fix-xibka għal 2-1.

Żewġ minuti wara kien Emmanuel Prince li minn azzjoni personali daħal tajjeb fil-kaxxa u kkonkluda wara Haber għal riżultat finali ta’ 2-2.