Lokali Parlament

138 persuna u magħhom 64 tifel jew tifla fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati fl-2024

Il-persuni li fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati matul is-sena li għaddiet għal persuni li ġarrbu vjolenza domestika fl-2024 kien jammonta għal 138 u magħhom kien hemm ukoll 64 tifel jew tifla jakkumpanjawhom.

Jirriżulta li kien hemm 56 persuna u li magħhom kellhom 22 tifel jew tifla li fittxew refuġju fl-Għabex, entità tal-FSWS; 65 persuna oħra li kellhom 30 tifel jew tifla marru f’Dar Merħba bik, entità tas-Sorijiet tal-Karità; 14-il persuna oħra li kellhom għaxart itfal fittxew refuġju fl-entità Il-Milja mmexxija mill-Fondazzjoni Sebħ; u tliet persuni oħra li kellhom żewġt itfal ingħataw saqaf f’Dar Santa Bhaki tas-Sorijiet tal-Karità.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Minitru Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.