Lokali Parlament

Aktar minn 2,500 kumpilazzjoni pendenti sal-aħħar ta’ Ġunju

Kien hemm total ta’ 2,392 kumpilazzjoni pendenti fil-Qrati ta’ Malta sal-aħħar ta’ Ġunju, 2025 u 147 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex – 2539 kumpilazzjoni pendeti f’Malta u Għawdex.

Fil-Parlament il-Ministru Jonathan Attard qal li sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm l-ammont ta’ 2,711-il kumpilazzjoni pendenti fil-Qrati ta’ Malta u l-ammont ta’ 103 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex,

Għal mistoqsija parlaamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; qal li bejn l-1 ta’ Jannar, 2025 u l-aħħar ta’ Ġunju, 2025 ġew deċiżi 206 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Malta u 47 kumpilazzjoni fil-Qrati ta’ Għawdex.  Dan l-ammont barra li jinkludi kumpilazzjonijiet deċiżi minn dawk preżentati bejn Jannar u Ġunju, 2025, jinkludi wkoll ammont minn dawk li ġew preżentati qabel is-sena 2025.

It-tnaqqis fin-numru ta’ kumpilazzjonijiet pendenti huwa riżultat tal-investiment fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fl-istess waqt, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern ser iressaq quddiem il-Parlament riforma fil-proċeduri Kriminali, dik tal-Kumpilazzjonijiet, bl-għan li tkompli tibni fuq riformi oħra, inkluż tal-inkjesti maġisterjali, li saru fil-kamp kriminali u li introduċew termini proċedurali.