F’post fuq il-midja soċjali tiegħu il-Kap tal-PN Alex Borg saħaq li għadu kif inkariga lill-Professur George Vital Zammit sabiex jieħu f’idejh u jibda’ bil-preparamenti tal-Konvenzjoni Nazzjonali dwar il-futur ta’ Malta u Għawdex.
Filfatt din kienet waħda mill-wegħdiet elettorali ta’ Alex Borg – U b’hekk ser jibda’ jatwa l-proposti imressqa. B’waħda minnhom tkun li jinkariga lil George Vital Zammit bil-Konvenzjoni Nazzjonali.
George Vital Zammit qiegħed ukoll ifassal il-programm elettorali tal-PN għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, bil-Kap tal-PN jisħaq li ħa pjaċir jisma’ li l-proposti qed jiġu evalwati u mfassla għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Intant Alex Borg tenna li ser jkompli l-ħidma tiegħu flimkien mal-Professur Vital Zammit sabiex flimkien ifasslu l-proposti neċessarji li kapaċi jbiddlu lil dan il-pajjiż.
//= $special ?>