Lokali

Appell għal azzjoni iktar wiesgħa kontra s-sewqan irresponsabbli

L-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni ta’ Malta (IAM) appellat  lill-Gvern biex imur lil hinn mil-liġijiet kontra s-sewqan taħt l-effett tad-droga u l-alkoħol, u jikkontrolla l-forom kollha ta’ sewqan irresponsabbli.

L-Assoċjazjoni tal-Insurance f’Malta (IAM) tappoġġja l-appell tal-Oppożizzjoni biex jintbagħat messaġġ b’saħħtu kontra l-imġiba abbużiva fit-toroq tagħna, messaġġ li għandu jmur lil hinn mis-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol u d-droga, u jinkludi lil kulħadd li jikkawża qtil jew jikkawża ħsara serja lil oħrajn minħabba sewqan irresponsabbli,” qal id-Direttur Ġenerali tal-IAM, Adrian Galea, meta kien qed jirreaġixxi għad-debattitu parlamentari ta’ din il-ġimgħa dwar l-introduzzjoni ta’ testijiet fit-toroq b’mod każwali.

L-IAM appellat lill-Gvern biex imur aktar ‘il quddiem u jadotta leġiżlazzjoni li tikkontrolla kull forma ta’ sewqan perikoluż.