Il-Ministru tal-Finanzi Iżraeljan, Bezalel Smotrich, iddeskriva lil Gaza bħala minjiera tad-deheb għall-iżvilupp tal-proprjetà. Huwa stqarr li jinsab f’taħditiet mal-Istati Uniti biex wara l-gwerra, jinqasam it-territorju. F’diskors li għamel f’Tel Aviv, Smotrich tenna li l-President Amerikan, Donald Trump, qed iħejji pjan ta’ negozju, filwaqt li saħaq li issa “l-fażi ta’ demolizzjoni għaddiet u issa rridu nibnu.”
Il-pjan ta’ Donald Trump, jipproponi proposta kontroversjali mressqa aktar kmieni din is-sena, li tissuġġerixxi li taħt it-trusteeship tal-Istatit Uniti, Gaza tista’ ssir ir-“Riviera tal-Lvant Nofsani”. L-idea tinvolvi li jiġu trasferiti l-Palestinjani. Dan l-istess pjan saħansitra jikser il-liġi internazzjonali.
Il-kampanja militari ta’ Iżrael qerdet lil Gaza, bin-Nazzjonijiet Uniti tistma li 92% tad-djar u 91% tal-iskejjel inqerdu, u li 86% tal-art tar-raba’ ma tistax tintuża. Ir-rikostruzzjoni se tkun qed tiswa aktar minn $53 biljun. Din il-ġimgħa, Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonkludiet li Iżrael kien ikkommetta ġenoċidju f’Gaża – akkuża li Iżrael jiċħad. Aktar minn 65,000 persuna nqatlu f’Gaża minn meta bdiet il-gwerra.
//= $special ?>