Ftit tal-jiem biss qabel mal-iskejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom biex jilqgħu mill-ġdid lill-istudenti u l-għalliema għal sena akkademika ġdida – hemm numru ta’ skejjel li għadu għaddej ix-xogħol fihom.
Bħal proprju fil-każ tal-iskola sekondarja fl-Imrieħel – fejn bosta ġenituri kkummentaw dwar kif se jkunu qed jibagħtu lill-uliedhom f’dawn il-kundizzjonijiet mhux biss għas-sigurtà iżda anke għall-istorbju deskritt inevitabbli.
Net News staqsa lil Ministru Clifton Grima sabiex iseraħħ ras il-ġenituri li x-xogħol se jilħaq jitlesta madanakollu flok wieġeb fil-pożittiv… saħaq li x-xogħlijiet se jkomplu.
Intant il-Ministru wiegħed li s-sigurtà se tkun qed tibqa‘ prijorità u li x-xogħlijiet se jkomplu f’sinerġija mas-sena akkademika. Iżda fatt li qed iħasseb lil ġenituri huwa kif il-lezzjonijiet se jkunu qed jaħdmu mal-ħsejjes tax-xogħol tal-idejn u l-inġenji.
U wara li aktar minn xahar u nofs ilu Net News kiteb email lill-Minsitru Clifton Grima fuq ix-xogħlijiet f’Ħal Far b’rabta mat-trakka tal-karozzi, dik tal-kwart ta’ mil kif ukoll tal-karting…. domandi li bqajna mingħajr tweġiba tant li konna sforzati niktbu FOI request.
Lill-Ministru staqsejnieh kemm jiswa dan il-proġett kumplessivament, kemm nefaq u kemm għad irid jonfoq… aktar minn hekk kemm mar over budget – bil-Ministru jibqa’ jaħrab milli jwieġeb tant li gwidana nistennew it-tweġiba tal-FOI request.
Kumbinazzjoni ftit tal-ħin wara li lestejna mill-intervista rċevejna korrispondenza minn Sport Malta b’notifika ta’ estensjoni sas-16 ta’ Ottubru.
Intant mistoqsi meta se jkun qed jitlesta dan il-proġett… il-Ministru ħarab milli jwieġeb iżda qal li l-fondi allokati… fondi li s’issa ma nafux kemm huma.
//= $special ?>