Raġel ta’ 33 sena, Charlston Cassar minn Bormla, ġie mmultat €2,800 wara li ammetta li kien qed isuq mingħajr liċenzja u assigurazzjoni. Hu tressaq il-Qorti l-Ħamis fejn wieġeb ħati wkoll li kiser żewġ settijiet separati ta’ kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest kif ukoll li huwa reċidiv.
Il-Pulizija qabdu wkoll lil Cassar isuq barra mill-ħinijiet tal-‘curfew’ impost u skoprew li kien qed isuq mingħajr liċenzja u assigurazzjoni. Huwa pprova wkoll jibidel is-seat mal-passiġġier qabel ma nqabad.
Cassar kien diġà fuq ħelsien mill-arrest fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus u droga, b’depożitu ta’ €5,000 għal kull ħelsien. Il-Qorti ordnat li €900 minn kull depożitu jiġu konfiskati. Barra minn hekk, Cassar ġie sospiż milli jżomm liċenzja għal perjodu ta’ sena.
Il-każ kien ipproċessat mill-Ispettur Darryl Farr, filwaqt li l-imputat kien rappreżentat mill-avukat Jacob Magri.
//= $special ?>