Lokali Mużika

Malcolm Pisani jniedi filmat uffiċjali tal-kanzunetta l-ġdida tiegħu “I Found You”

Il-kantant u preżentatur Malcolm Pisani nieda l-filmat uffiċjali tal-kanzunetta l-ġdida tiegħu “I Found You”.

Il-kanzunetta kienet diġà ħarġet esklussivament fuq il-mezzi diġitali, kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju lokali u barranin, nhar it-30 ta’ Lulju, propju f’jum għeluq snin il-kantant.

Din hija kanzunetta sajfija, bi kliem sempliċi u mimlija mħabba.

Malcolm stqarr li l-lirika ta’ din id-diska qed jiddedikaha lit-tfajla tiegħu, li tul dawn l-aħħar ħdax-il sena kienet dejjem ta’ sapport qawwi fil-karriera tiegħu. Il-filmat jirrappreżenta l-imħabba bejn koppja permezz ta’ mumenti sbieħ u intimi, imfassla fuq sfond ta’ xenarju Malti.

Il-filmat jista’ jitgawda fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Malcolm Pisani: https://www.facebook.com/share/v/1CfBUKDArr/