L-impjegati fid-dekasteru tal-Ministru Miriam Dalli u li ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti f-20 lokalità li maġġranza tagħhom huma lokalitajiet immexxija minn maġġoranza Laburista.
Il-lokalitajiet li l-impjegati fid-dekasteru tal-Ministru Miriam Dalli ġew eletti f’kunsill lokali, huma l-lokalitajiet tal-Birgu, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Għajnsielem, il-Gudja, l-Iklin, l-Isla, Marsaxlokk, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imtarfa, il-Qrendi, ir-Rabat (Malta), San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ħal Tarxien, iż-Żebbuġ (Għawdex), il-Ħamrun, il-Mellieħa u ż-Żurrieq.
Din hi informazzjoni li ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Miriam Dalli, responsabbli mill-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika għal mistosija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li staqsiet kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru ta’ Miriam Dalli, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha.
Jirriżulta wkoll minn tweġibiet oħra li saret mill-istesss deputat Nazzjonalista lil diversi Ministri, li fil-Ministeru ta’ Clyde Caruana hemm tliet lokalitajiet fejn hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru għall-Finanzi u/jew id-dekasteru tiegħu. Dawn qegħdin fil-kunsilli lokali tal-Belt Valletta, Santa Luċija u n-Nadur Għawdex.
Fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, ta’ Stefan Zrinzo Azzopardi u fl-entitajiiet responsabbli minnu u li ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Ħal Għargħur u Ta’ Xbiex.
L-impjegati fid-dekasteru tal-Ministru Jonathan Atttard, responsabbli mill-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li ġew eletti f’Kunsill Lokali, kienu eletti fi tmien lokalitajiet li huma Bormla, in-Nadur (Għawdex), l-Imtarfa, iż-Żurrieq, Birkirkara, San Ġiljan, il-Fgura u Ħal Tarxien.
L-informazzjoni tawha l-Ministri stess fit-tweġibiet li taw fil-Parlament.
//= $special ?>